Mara ta’ 34 sena mill-Isla qed issofri minn ġrieħi gravi wara li baqgħet dieħal f’arblu tad-dawl bil-karozza tagħha f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ ilbieraħ fid-21:15 fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa. Jidher li l-mara, li kienet qed issuq karozza tat-tip Toyota Belta, tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl.
Wara li ttieħdet l-isptar għall-kura, kien ikkonfermat li din qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.