Mara ta’ 81 sena sofriet grieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, in-Nadur Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-15:50 neqsin għaxra ta’ wara nofsinhar meta mara ta’ 46 sena mis-Sannat Għawdex, tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha tal-għamla Seat Ibiza b’żewġ passiġġieri fiha waħda minnhom il-mara ta’ 81 sena, u ħabtet ma’ siġra.
B’riżultat ta’ dan,it-tliet persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard il-mara ta’ 81 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tnejn l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan il-kas għadha għaddejja