Mara ta’ 53 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-09:45 ta’ filgħodu f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-Distrett, iriżulta li mara, residenti l-Gżira, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-mutur Harley-Davidson, li kienet qiegħda ssuq u waqgħet.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.