Mara’ ta’ 37 sena minn tas-Sliema sofriet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:20 ta’ waranofsinhar fit-Triq tal-Barrani.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Mercedes li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 24 sena u Toyota Vitz li kienet qed tinstaq mill-mara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-isptar għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.