Għall-ħabta tas-16.15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Pretty Bay , Birżebbuġa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 87 sena li tirrisjedi Poala sabet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda f’qagħda kritika.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.