Mara ta’ 44 sena se titressaq il-Qorti mixlija b’akkużi relatati mal-omiċidju fil-Mellieħa.
Dan wara li fit-2 ta’ Lulju, Filippin ta’ 44 sena nstab mejjet wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina f’appartament fi Triq il-Fortizza.
Illum, il-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Qawra se jressqu l-Qorti l-mara ta’ 44 sena u tkun akkużata b’dan il-każ.
Hija se titressaq għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Shawn Pawney u Godwin Scerri