Mara ta’ 50 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżultaw li raġel ta’ nazzjonalità Taljana tilef il-kontroll tal-vettura Toyota MR 2 li kien qiegħed isuq, bil-konsegwenza li ħabat ma’ vettura tat-tip Audi li kienet ipparkjata. Passiġġiera fil-karozza kien hemm il-mara ta’ 50 sena.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.