Il-każ ta’ mara Olandiża li ġiet immultata €90 wara li għamlet il-bżonnjiet tagħha f’passaġġ fiċ-ċentru tal-belt ta’ Amsterdam inbidel f’dibattitu dwar sessiżmu.
Kien tard, stabbilimenti kienu magħluqa u ma kellha l-ebda għażla, qalet Piening. Ħbieb tagħha żammewlha għassa, iżda tliet uffiċjali tal-Pulizija qorbu u staqsew lit-tfajla x’kienet qed tagħmel.
“Deher pjuttost ovvju għalija. Dakinhar ma ħassejtx li kelli għalfejn ntawwal l-istorja, imma l-għada għidt “irrid niġġilidha din”.”
Il-kapital Olandiża toffri biss tliet tojlits tan-nisa mqabbla ma’ kull ħamsa u tletin tojlits pubbliċi għall-irġiel.
It-tfajla kkonċernata saħqet li ma kinitx qed tippjana li l-każ tagħha kien se jqajjem daqshekk furur mill-komunità femminili Olandiża.