Ingħatat il-ħelsien mill-arrest mara ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar li ġiet mixlija b’rapport falz kontra xufier tal-Bolt.
Il-mara, li isimha ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, ordnat is-servizz tal-Bolt fit-tlieta ta’ filgħodu. Wara, allegat li x-xufier ħadha f’zona mwarrba f’Baħar iċ-Ċagħaq, fejn ried jistupraha.
Iżda fil-Qorti ħareġ li kienet hi stess li bdiet tgħid lix-xufier biex ikollhom x’jaqsmu flimkien. Barra minn hekk, ġiet mixlija li ħadet ġurament falz u li ffalsifikat provi b’rabta mal-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat Astrid May Grima tagħtha ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €10,000.