Fil-Mellieħa nstabet mara mitlufa minn sensiha fuq il-blat li hemm fiz-zona magħrufa bħala Tas-Sellum, viċin l-Għadira.
Aktar tard kien ikkonfermat li l-mara għandha 66, hija Maltija minn San Pawl il-Baħar, u aktarx mietet minn kawża naturali. Manadkollu nħatret inkjesta fuq il-każ, li seħħ ftit qabel il-ħdax ta’ dalgħodu.