Mara ta’ erbgħa u tletin sena minn Santa Venera weġġgħet serjament wara li ttajret minn karozza fil-Marsa-Ħamrun bypass.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara intlaqtet minn karozza tal-għamla Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ tletin sena minn Birkirkara.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.