Il-pulizija ta’ New Zealand qalet li mara fil-Korea t’Isfel ġiet arrestata b’rabta mal-qtil ta’ żewġt itfal li nstabu f’bagalji x-xahar li għadda.
F’każ li ħasad lill-pajjiż, il-katavri ġew skoperti minn barranin li xtraw il-bagalji minn unità ta’ ħażna f’Auckland.
Il-katavri kienu ilhom maħżuna għal diversi snin. Il-pulizija Koreana qalet li l-vittmi kellhom 7 u 10 snin.
New Zealand applikat għall-estradizzjoni tal-mara mill-Korea t’Isfel.
Il-Pulizija qalet li ħadmet mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Korea t’Isfel matul dawn l-aħħar tliet ġimgħat fit-tfittxija għall-mara, li għandha 40 sena, wara li x-xahar li għadda qalet li jemmnu li kienet fil-Korea t’Isfel.
Huma daħlu fuqha wara li rnexxielhom jidentifikaw it-tfal żgħar, li isimhom ma ġiex żvelat.