Mara ta’ 63 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’ħabta bejn xarabank u mutur fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-16.20 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa.
Il-Pulizija qalet li coach , li kienet kienet qed tinstaq minn raġel ta’ erbgħin sena minn Birkirkara, ħabtet ma’ mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ tnejn u ħamsin sena mir-Rabat.
Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm il-mara ta’ tlieta u sittin sena residenti l-Gżira.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata mejta.
Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Filmat: Edward Montebello