Mara ndarbet gravi wara li xi ħadd wadbilha l-aċtu f’wiċċha f’Edinburgh.
Il-mara, li għandha 37 sena, ġiet attakkata minn raġel li kien liebes ilbies ta’ lewn skur meta fetħet il-bieb wara li daqqilha l-qanpiena l-Ġimgħa filgħaxija.
Il-Pulizija ta’ Edinburgh spjegaw kif il-mara qed issofri minn ġrieħi f’wiċċha u f’għonqha. Huma jemmnu li l-vittma kienet fil-mira meta seħħ dan l-attakk fejn qed jappellaw għal kull informazzjoni sabiex jinqabel l-agressur.