Anzjana ta’ 74 sena hija kkonfermata mejta wara nirien ġo dar fir-Rabat.
Il-mara tilfet ħajjitha f’nirien li tkebbsu ġewwa dar fi Triq San Patrizju fir-Rabat għal ħabta tas-6:15am.
Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien u sabu l-katavru tal-vittma.
Tim mediku mill-isptar Mater Dei ċċertifika mejta fuq il-post lill-vittma.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.