Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet meta għall-ħabta tal-22:30 tal-jum tal-Ġimgħa nstab katavru ta’ mara u mara oħra mitlufa minn sensiha fl-istess residenza fi Triq Wiġi Rosato f’Bormla.Sorsi qrib dan is-sit qalu li l-mara kienet ilha mejta għal xi jiem bil-mara mitlufa minn sensiha hi bint il-mejta.
ONE News jinsab infurmat li fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista l-mara li nstabet mitlufa minn sensiha kif ukoll għadd ta’ Pulizija minn taqsimiet differenti li qed jinvestigaw dan il-każ.
Sa issa għada mhix mgħarufa l-kawża tal-mewt tal-mara.
Dwar dan il-każ infetħet inkejsta maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.