Adilet Shakirgazieva, mara ta’ 31 sena mill-Kyrgyztan li erba’ snin ilu ġiet arrestata mill-Pulizija b’rabta ma’ serq minn bosta appartamenti f’Tas-Sliema hija fost l-aktar nisa mfittxija mill-Pulizija Maltija
Il-mara ġiet elenkata f’lista ppubblikata mill-Europol ta’ 18-il mara li huma fost l-aktar imfittxija fl-Ewropa. Dan bħala parti minn kampanja bl-isem Crime has no gender.
Il-mara li kienet tagħmel parti minn grupp kriminali kienet ġiet arrestata f’Malta flimkien ma’ erbat irġiel oħra u ġiet mixlija li fl-2015 wettqu xejn anqas minn 28 serqa minn 24 appartament
f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. Huma ġew mixlija li serqu bosta oġġetti ta’ valur fosthom ġojjellerija u flus.
Il-Europol qal li Shakirgazieva hija mfittxija minn Malta wara li naqset milli tidher il-qorti f’Lulju ta’ sentejn ilu.