Mara ta’ 61 sena li tgħix Ħ’Attard, li kienet qed issuq rota tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet f’karozza li kienet ipparkjata.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu, fi Triq l-Għenba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku, li dawn tal-aħħar ħadu lil mara l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.