Mara ta’ nazzjonalità Spanjola tilfet ħajjitha wara li nqabdet taħt lift ta’ sptar.
Rocío Cortés Núñez ta’ 25 sena kienet għadha kif twelled permezz ta’ ċesarja fl-isptar, Seville’s Our Lady of Valme, meta seħħ l-inċident l-Ħadd li għadda.
L-istretcher li kienet fuqu l-isptar kien qed jinġarr minn ġol-lift meta l-lift beda jgħola bl-entratura miftuħa bil-konsegwenza li nofs ġisimha spiċċa barra.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post biex jassistuha, iżda sfortunatament kien tard wisq.