Mariella Attard hija mara li taf x’jiġifieri tgħaddi mill-marda tal-kanċer.
Fuq Facebook kitbet li kliem Simon Busuttil iweġġagħha, u tħoss li ngħatat l-aqwa trattamenti li setgħat tingħata. Fuq kollox sostniet li nies bħalha m’għanhdomx jintużaw bħala ballun politiku, u qatt ma ħassitha bżonn li tmur tittallab, kif qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Ħassitha offiża wkoll meta Simon Busuttil wera appoġġ meta kandidat tiegħu qabbel lill-Prim Ministru ma’ kankru.