Mara ta’ 36 sena li kienet se twelled tarbija b’ċesarja rriżultat pożittiv għall-Coronavirus.
Dan sostnietu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa waranofsinhar.
Il-mara hija Taljana u nqabdet pożittiva għall-virus wara li sar test ta’ rutina qabel ma daħlet biex twelled.
Il-Professur Gauci qalet li l-mara ma kinitx qed tidħol għax-xogħol u allura r-riskju li din infettat lill-ħaddieħor huwa minimu.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/03/seba-kazijiet-godda-ta-coronavirus-fmalta-tohrog-persuna-mill-itu/
https://www.one.com.mt/2020/04/03/haddiema-ohra-tal-lidl-ta-hal-safi-tirrizulta-pozittiv-ghall-coronavirus/