Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet taraġ ta’ residenza fir-Rabat.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija f’residenza fi Triq il-Mitħna.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 43 sena mir-Rabat, għal xi raġuni kienet waqgħet it-taraġ u sofriet xi ġrieħi.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.