Mara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn fuq mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari illi saru irriżulta li raġel , li kien qiegħed isuq, tilef il-kontroll tal-mutur. Is-sewwieq ma sofra ebda ġrieħi iżda l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn
ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.