Mara ta’ 51 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li waqgħet madwar sular waqt li kienet mixja fl-inħawi ta’ Wied iż-Żurrieq.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa, meta kienet mixja bejn Ħaġar Qim u l-Imnajdra.
ONE News jinsab informat li meta waqgħet hija spiċċat ġol-bajtar tax-xewk, bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-vittma mill-bajtar tax-xewk.
Marru wkoll il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lil mara l-isptar.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.