Mara ddaħlet l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qed issuq f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ dalgħodu fi triq Ħaż-Żebbuġ f’Ħ’Attard meta għal xi raġuni hi tilfet kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li waqgħet madwar sular għoli u spiċċat f’għalqa.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza, fejn hi rnexxiela toħroġ mill-vettura waħedha.
Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei biex tirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.