Mara ta’ 64 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqgħtet minn vettura. L-inċident seħħ fit-tmienja u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Manuel Dimech f’Ħal Qormi.
Jidher li dan seħħ meta vettura tat-tip Toyota Ist misjuqa minn raġel ta’ 80 sena minn Tal Pieta’ laqgħtet lill-mara.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa u ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.