Mara ta’ 50 sena mill-Birgu tista’ tgħoddha b’waħda wara li waqgħet biċċa kbira minn siġra fuq il-karozza tagħha waqt li kienet qed issuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid, meta trakk laqat is-siġra bil-konsegwenza li tqaċtet.
Il-mara, li evidentament kienet fi stat ta’ xokk, ingħatat l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku li imbagħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Għal xi ħin it-triq, direzzjoni lejn Raħal Ġdid, kellha tingħalaq għat-traffiku.
Fuq il-post kien hemm preżenza wkoll ta’ bosta uffiċjali tal-Pulizija, Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u minn Transport Malta.