Mara ta’ 40 sena minn Għajnsielem weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla ġo ħajt.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:45 fi Triq Borg Għarib.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hi ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.