“Titlifx ħajtek għal stessu!” Dan kien l-appell tal-Pulizija f’Kalifornja wara li mara waqgħet mill-pont Foresthill biex tieħu stessu. Il-pont huwa wieħed mill-ogħla pontijiet li hemm fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija spjegat li l-mara minn Sacramento flimkien ma’ grupp ta’ ħbieb kienu qed jimxu fuq il-pont meta “pruvat tieħu stessu u waqgħet.”
Il-mara kellha tittella permezz ta’ ħelikopter u ittieħdet fi sptar viċin. Paul Goncharuk, ħabib tal-mara, spjega li hija se jkollha bżonn numru ta’ operazzjonijiet hekk kif sofriet minn ksur. Huwa spjega lill-Pulizija li l-mara, kienet qed tiprova tieħu ritratt fuq il-pont meta għamlet pass ħażin u waqgħet lura.
Il-mara kienet qed tiprova tieħu r-ritratt f’żona li hija magħluqa għal pubbliku. Minkejja dan numru ta’ nies jagħżlu li xorta waħda jaċċessaw din il-parti tal-pont iżda hija ta’ periklu kbir speċjalment meta wieħed ikun qed jiffoka fuq ir-ritratt li se jieħu. Wara dan il-każ, il-Pulizija qalet li dawk li jipprovaw jidħlu f’din iż-żona tal-pont se jiġu arrestati.