Mara ta’ 62 sena li tgħix Birkirkara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5:45 ta’ dalgħodu fi Triq Salvu Psaila.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena li jgħix l-Imsida.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Elaine Rizzo, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.