Mara li ttieħdet l-isptar għall-kura wara li nqalbet bil-karozza f’Santa Venera, qabdet u ħarġet mill-isptar hekk kif jidher li ma sofriet ebda ġrieħi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:45 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Reġjonali f’Santa Venera meta l-vettura tat-tip Toyota IQ li kienet qed tinstaq minn mara tilfet il-kontroll waqt li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn Santa Venera fejn ħabtet mal-barrikati tal-ħadid bil-konsegwenza li nqalbet u spiċċat fil-karreġġjata l-oħra direzzjoni lejn Mater Dei.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar biex tingħata l-kura meħtieġa.