Mara ta’ 57 sena minn Ħal Qormi ttieħdet l-isptar wara li l-karozza li kienet qed isuq tat-tip Honda Fit daħlet f’karozza pparkjata u nqalbet.
Il-mara ġarrbet ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:35 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Warda.
Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Minħabba dan l-inċident għal xi ħin ingħalqet għat-traffiku, iżda bħalissa tinsab miftuħa.