Mara ta’ 39 sena residenti tas-Sliema ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li nqalbet bil-karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 15.45 fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura Toyota RAV4 misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti tas-Sliema kellha mpatt ma trakk tat-tip FODEN 300 u għal xi raġuni spiċċat nqalbet fuq is-saqaf.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-mara l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.