Mara ta’ 50 sena minn Ħaż-Żebbuġ ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li ħabtet fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu fi Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa.
Immedjatament fuq il-post marret ambulanza, li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.