Mara ta’ 50 sena minn Marsaskala kellha tiddaħħal l-isptar għall-kura wara li kmieni t-Tnejn waranofsinhar attakkaha kelb waqt li kienet qed tgħum fix-Xemxija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 fi Triq il-Pwales meta għal xi raġuni l-kelb għamel għall-mara u gidimha diversi drabi f’riġlejha.
Malli sema’ l-kommossjoni, Kalkariż ta’ 29 sena li kien ħdejn gabbana fil-viċinanzi mar jassisti lill-mara bil-konsegwenza li huwa wkoll safa attakkat mill-kelb li ftit wara ħarab minn fuq il-post.
Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa madankollu l-mara kellha tittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara li ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri tas-soċjetà tas-Salib l-Aħmar li kienu fl-inħawi.