Mara ta’ 41 sena resident Birkirkara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu fi triq il-Perit Dom Mintoff, direzzjoni Bormla, f’Raħal Ġdid. Il-mara ttieħdet l-isptar wara li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz, misjuqa mill-mara, u vann tat-tip Ford Pickup misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.