Mara ndarbet ħafif wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:40 fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Subaru M80 misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar u li miegħu kellu mara passiġġiera ta’ 63 sena residenti Ħad-Dingli ma’ vettura tat-tip Peugeot 406 misjuqa minn raġel residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura neċessarja.
Hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.