Mara ttieħdet l-isptar wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:45 fi triq l-Imdina f’Ħal Qormi meta għal xi raġuni vettura tat-tip Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta kellha impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti l-Imtarfa.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar biex tirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.