Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident ma’ trakk f’Ħal Lija.L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija meta vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 51 residenti Ħal Qormi kellha impatt ma’ trakk tat-tip DAF misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti Tal-Pieta’.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet mara l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.