Mara ta’ 64 sena ddaħħlet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involuta f’inċident f’Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.30 fi Triq l-Industrija. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni s-sewwieqa, residenti ż-Żurrieq, tilfet il-kontroll u nqalbet bil-karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-mara l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għadna mhux magħrufa.