Mara ta’ 26 sena minn Għajnsielem spiċċat l-isptar wara li għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu ħabtet ma’ trakk tal-gass fi Triq l-Imġarr fil-Qala Għawdex.
Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post issejjħet abulanza li immedjatament ħadet lill-mara l-isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
One.com.mt jinsab infurmat li l-mara sofriet xi ksur.