Rabtija ta’ 23 sena ddaħlet l-isptar Mater Dei wara li baqgħet dieħla f’arblu bil-karozza fir-Rabat.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija fl-inħawi tas-Salib, limiti tar-Rabat.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li vettura tat-tip Kia Mentor li kienet qed tinstaq minn żagħżugħa ta’ 23 sena, residenti r-Rabat, għal xi raġuni kellha impatt ma’ arblu tad-dawl.
Kawża tal-impatt, il-mara sfat m aqbuda fil-vettura u għaldaqstant issejħu l-mem bri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassis tu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qieg ħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.