Mara ħelsitha ħafif wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Tlett Ibliet f’Bormla meta vettura tat-tip Skoda misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Bormla kellha mpatt ma’ vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara Bormliża l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.