Mara ta’ sebgħa u erbgħin sena ġiet ikkundannata erbgħin ġurnata ħabs wara li nstabet ħatja ta’ tlajjar għall-iskop ta’ prostituzzjoni.
Il-każ seħħ fit-tnejn ta’ Ottubru tas-sena 2019 fi Triq il-belt il-Ħażna fil-Marsa.
Fil-Qorti ġie rrakkontat kif il-pulizija kienu qed jagħmlu rondi fl-inħawi meta lemħu lill-mara flimkien ma’ żewġ nisa oħra jitlajjaw.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo nnotat kif din ma kinitx l-ewwel darba li l-mara ttellgħet il-Qorti mixlija bl-istess reat.