Niviane Petit Phelps minn Miami ġiet akkużata li allegatament heddet li toqtol lill-Viċi President Amerikana, Kamala Harris.
Dan skont ilment kriminali li ġie ppreżentat fil-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti.
Phelps għamlet nurmu ta’ theddid fuq Harris bejn it-13 u t-18 ta’ Frar li għadda.
Hija bagħtet dawn it-thedid bil-miktub lir-raġel tagħha – li qed jiskonta sentenza ħabs – permezz ta’ programm tal-kompjuter li permezz tiegħu jistgħu jgħaddu messaġġi bejn il-ħabsin u l-qraba tagħhom.
Fit-18 ta’ Frar, fost it-thedid ieħor, Phelps sostniet li se toqtol lil Harris ħamsin jum minn dik id-data.
Intant, fl-istqarrija li għamlet ma’ aġent tas-servizz sigriet fil-bidu ta’ Marzu, Phelps qalet li hija kienet irrabjata għall-Viċi President fuq numru ta’ raġunijiet, madankollu r-rabja li kellha għadditielha.