Mara ta’ 55 sena mill-Gudja ġarrbet ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-vettura li qed isuq ma’ karozza tat-tip BMW 320D, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Tarxien.
B’konsegwenza ta’ dan, il-vettura misjuqa mill-mara baqgħet dieħla ġo vann tal-għamla Ford Connect li kien ippparkjat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu fi Triq is-Sorijiet, f’Ħal Tarxien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.