Mara ta’ 65 sena mill-Gżira weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu, meta l-mara ntlaqtet minn Isuzu Elf li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.