Mara min-Nepal ta’ 29 sena, residenti l-Pietà qiegħda fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet madwar żewġ sulari minn gallarija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu fi Triq San Ġużepp.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifkata li weġġgħet serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.