Mara ta’ 54 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet f’dar fi Triq Għajn Kajjet fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni l-mara waqgħet fil-bitħa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-mara l-isptar. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħatret bosta esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.