Mara ta’ 79 sena minn Ħal Luqa sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħal Luqa stess. Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 11:40 meta l-mara ttajret fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa minn vettura tat-tip Nissan Terrano misjuqa minn raġel ta’ 28 sena miż-Żejtun.
Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei għal iktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-kas għadhom għaddejin.